Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jistgħu jkunu inkurunati ċampjins illejla

Illejla, Juventus jistgħu jsiru ċampjins fl-Italja għat-tmien staġun konsekuttiv meta fl-Allianz Stadium jilqgħu lill-Fiorentina. Dan ser ikun il-35 Scudetto li l-bianconeri ser ikunu rebħu fl-istorja tagħhom, u wara t-telfa kontra SPAL fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, illum mhumiex mistennija jfallu quddiem il-partitarji tagħhom.

Għall-Juventus dawn l-aħħar jiem kienu pjuttost diffiċli. Kien hemm ħafna li qiesu t-telfa kontra SPAL bħala ‘apposta,’ u dan sabiex il-kampjonat jirbħuh fl-istadium tagħhom u mhux barra minn darhom. Imma jekk dik it-telfa kienet forsi ‘maħsuba,’ mhux l-istess jista’ jingħad għal dak li seħħ nhar it-Tlieta li għadda meta huma spiċċaw eliminati mill-UEFA Champions League mit-tim ta’ Ajax.

Il-ħolma ta’ Juventus u tal-kowċ Massimiliano Allegri reġgħet taret mar-riħ għal staġun ieħor, u allura issa l-bianconeri ilhom 23 sena jistennew li jirbħu l-aqwa kompetizzjoni Ewropea.

Imma llejla, dak id-diżappunt jista’ jintesa jekk kemm-il darba Juventus jirnexxilhom jirbħu f’darhom kontra l-Vjola u allura jkunu matematikament ċerti li rebħu s-Serie A. Jaf anke dro jkun biżżejjed, imma f’dak il-każ ikollhom jistennew sat-Tnejn li ġej, sakemm jilagħbu Napoli.

Fl-ewwel leg, Juventus kienu għelbu lill-Fiorentina bl-iskor ta’ 1-0, u matul dan l-istaġun Juventus rebħu 27, ġew dro tliet darbiet u tilfu żewġ logħbiet minn 32 logħba. B’dominanza daqstant qawwija fl-Italja, Juventus jidher li għad fadlilhom snin ta’ suċċessi quddiemhom, kif fl-aħħar mill-aħħar kellhom f’dawn it-tmien snin, fejn mhux biss rebħu l-kampjonat, imma fl-aħħar erba’ staġun konsekuttivi dejjem rebħu wkoll il-Coppa Italia, tragward li ma rnexxilhomx jilħqu f’dan l-istaġun.

Illejla huwa mistenni li Allegri jilgħab bl-aħjar plejers disponibbli għalih, bil-logħba tibda fis-18:00.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar