Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jitilfu f’darhom kontra Sassuolo

Juventus b’telfa f’darhom kontra Sassuolo bi skor ta’ 2-1.

Sassuolo fil-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Frattesi.

Juventus iġibu d-draw b’gowl minn daqqa ta’ ras ta’ McKinnie fis-76 minuta.

Iżda lejn l-aħħar sekondi tal-partita, Sassuolo jiskurjaw il-gowl tar-rebħa minn azzjoni ta’ kontrattakk li fih Lopez tefa’ fix-xibka.

Fiż-żewġ partiti l-oħra, Atalanta għelbu barra minn darhom lil Sampdoria bi skor ta’ 3-1 u draw ta’ 1-1 bejn Udinese u Verona.

Miktub minn...
TVM Sport