Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus miżmuma f’darhom minn Sassuolo; Inter fl-ewwel post tal-klassifika

Żelqa mhux mistennija għal Juventus li f’darhom ġew miżmuma minn Sassuolo bi skor ta’ 2-2. Juventus fil-vantaġġ minn gowl ta’ Bonucci wara 20 minuta logħob. Sassuolo jġibu d-draw żewġ minuti wara minn Boga u jmorru minn fuq b’gowl ta’ Caputo eżatt kif bdiet it-tieni taqsima. Juventus iġibu d-draw minn penalty ta’ Ronaldo fit-68 minuta.

Inter jegħlbu lil SPAL bi skor ta’ 2-1 u jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Inter fil-vantaġġ b’gowl ta’ martinez wara kwarta logħob u l-istess plejer irdoppja fil-41 minuta. Spal jiskurjaw il-gowl tagħhom minn Valoti fil-50 minuta.

Milan jirbħu barra minn darhom kontra Parma bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jasal fl-aħħar minuta minn Bonaventura.

Lazio jegħlbu lil Udinese bi skor ta’ 3-0. Immobile jiftaħ l-iskor wara 9 minuti u l-istess plejer jiskurja t-tieni gowl fis-36 minuta minn penalty. Lazio jassiguraw ir-rebħa minn penalty ieħor ta’ Luis Alberto.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Beppe Marotta kkonferma li Inter huma interessati li jakkwistaw lill-plejer ta’ Chelsea, Victor Moses. Skont Gianluca Di Marzio, Chelsea taw permess lil Inter ikellmu lil Moses li bħalissa jinsab misluf…

Futbol internazzjonali

Serie A Juventus 2   Parma 1 Juventus fetħu 4 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta fil-posticipo għelbu lil Parma 2-1 b’doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo. Il-Portugiż fetaħ l-iskor żewġ minuti minn tmiem…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum bit-tieni waħda tkun dik l-aktar mistennija f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United. Liverpool għelbu lil Manchester United fil-partita tal-ġurnata f’Anfield bi skor ta’ 2-0….

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar. Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan…

Aktar