Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus miżmuma minn Sassuolo, Milan jieħdu rebħa oħra

Sassuolo 3   Juventus 3

Sassuolo żammew draw lil Juventus f’darhom biex b’hekk it-tim ta’ La Vecchia Signora għandu distakk ta’ 7 punti fil-quċċata tal-klassifika, vantaġġ pjuttost komdu meta fadal ħames logħbiet għal tmiem l-istaġun. Juventus fetħu żewġ gowls vantaġġ sat-12-il minuta, l-ewwel permezz ta’ Danilo mbagħad Higuain li t-tnejn sabu x-xibka. Sassuolo naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Djuricic man-nofs siegħa logħob u baqgħu 2-1 sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima Berardi ġab l-iskor indaqs għal Sassuolo fil-51 minuta u tliet minuti wara Caputo poġġihom għall-ewwel darba fil-vantaġġ meta skorja u għamilhom 3-2. Biss Juventus ġabu d-draw fl-64 minuta b’gowl ta’ Alex Sandro u baqgħu hekk sat-tmiem.

 

Milan 3   Parma 1

Milan baqgħu jisfidaw għal post fl-Europa League fl-istaġun li ġej meta f’San Siro rebħu lil Parma 3-1. Kienu l-viżitaturi li sabu l-ewwel ix-xibka meta qabel intemmet l-ewwel taqsima Kurtic għamilhom 1-0. Ir-rossoneri dawru l-logħba fit-tieni taqsima, b’Kessie jġib id-draw fil-55 minuta, u Romagnoli poġġihom minn fuq mas-siegħa logħob. Calhanoglu għalaq il-logħba favur Milan fis-77 minuta meta skorja t-tielet gowl.

 

F’logħbiet oħra:

Udinese  0-0  Lazio

Bologna  1-1  Napoli

Sampdoria  3-0  Cagliari

Roma  2-1  Verona

Lecce  1-3  Fiorentina

 

Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet mis-Serie A:

19:30 Torino – Genoa

21:45 Spal – Inter

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar