Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus telliefa fl-ewwel logħba wara r-rebħ tal-kampjonat, Lazio għadhom jistgħu jispiċċaw it-tieni

Cagliari 2   Juventus 0

Friski friski mir-rebħ tas-36 Scudetto, Juventus marru għand Cagliari u dabbru tnejn biex b’hekk tilfu s-sitt logħba tal-istaġun. Cagliari għalqu l-logħba fl-ewwel taqsima, meta Gagliano tefagħhom minn fuq wara tmien minuti logħob, imbagħad Simeone skorja t-tieni qabel il-mistrieħ.

 

Lazio 2   Brescia 0

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Lazio wara perjodu kemmxejn indifferenti meta fl-Olimpico laqgħu lil Brescia u rebħulhom 2-0. B’din ir-rebħa Lazio għad għandhom ċans jispiċċaw it-tieni jekk kemm-il darba jirbħu l-aħħar logħba u Atalanta u Inter itemmu fi draw. Il-gowls ta’ Lazio waslu wieħed f’kull taqsima. L-ewwel Correa fis-17-il minuta fetaħ l-iskor imbagħad Immobile għalaq il-logħba fit-82 minuta.

 

Sampdoria 1   Milan 4

Milan serrħu rashom li ser jikkompetu fl-Europa League fl-istaġun li ġej meta marru għand Sampdoria u rebħu bl-iskor ta’ 4-1. B’hekk ir-rossoneri fetħu vantaġġ ta’ 4 punti fuq Napoli u allura ma jistgħux jintlaħqu, u huma ċerti wkoll mis-sitt post għaliex jinsabu 4 punti taħt Roma. Doppjetta t’Ibrahimovic wittiet it-triq għar-rebħa Milanista meta l-Iżvediż skorja mar-raba’ minuta biex għamilhom 1-0 u hekk baqgħu sal-mistrieħ.

Fit-52 minuta Calhanoglu għamilhom 2-1 u Ibrahimovic reġa’ sab ix-xibka fit-58 minuta biex għamilhom 3-0. Sampdoria naqsu milli jnaqqsu d-distakk fit-78 minuta meta Maroni falla penalty, imma għallinqas skurjaw il-gowl tal-bandiera fis-87 minuta permezz ta’ Askildsen. Biss Milan kien fadlilhom gowl ieħor x’jiskurjaw u kien Leao li tefa’ fix-xibka mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari.

 

F’logħbiet oħra:

Sassuolo  5-0  Genoa

Udinese  1-2  Lecce

Verona  3-0  Spal

Fiorentina  4-0  Bologna

Torino  2-3  Roma

 

L-aħħar ġurnata tas-Serie A tintlagħab bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej u b’hekk jiġi fi tmiemu l-kampjonat Taljan.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar