Futbol internazzjonali
Serie A: Kulħadd jirbaħ f’daru…Udinese, Fiorentina, Torino u Sampdoria

Kampjonat Taljan, Serie A: Illum programm ieħor ta’ partiti.

Fil-partita ta’ kmieni fil-ġurnata, Udinese għelbu lil Sassuolo bi skor ta’ 3-0. Il-gowls waslu minn Okaka fl-14-il minuta, Ken Sema fit-68 minuta u De paul fid-90 minuta.

Fiorentina għelbu lil Spal bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita skurjaħ German Pezzella fit-82 minuta.

Torino għelbu lil Bologna bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita skurjaħ Berenguer fil-11-il minuta.

Rebħa kbira għal Sampdoria li f’darhom għelbu lil Brescia bi skor ta’ 5-1. Brescia fil-vantaġġ b’gowl ta’ Chancellor wara 12-il minuta. Sampdoria jġibu d-draw minn Linetty fl-34 minuta u Jankto jitfahom fil-vantaġġ eżatt qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima dominju sħiħ mit-tim ta’ Ranieri. Quagliaralla jiskurja t-titlet wieħed fid-69 minuta, Caprari jiskurja r-raba’ wieħed fis-77 minuta u reġa’ kien Quagliarella li skurja l-ħames gowl fid-90 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar