Futbol internazzjonali
Serie A: Milan isaħħu r-raba’ post fil-klassifika b’rebħa fuq Atalanta

Rebħa importanti ħafna għall-Milan barra minn darhom kontra l-Atalanta meta ġew minn gowl minn taħt biex rebħu bl-iskor ta’ 3-1. Fil-fatt kienu l-Atalanta li fetħu l-iskor mat-33 permezz ta’ Freuler, imma eżatt qabel waqfu għall-kwarta tal-mistrieħ, Piatek sab ix-xibka għall-Milan biex l-ewwel taqsima spiċċat 1-1. Fit-tieni taqsima Milan ħarġu aktar b’saħħithom u sas-siegħa logħob kienu diġa’ għalqu l-logħba. Calhanoglu skorja t-tieni fil-55 minuta biex Milan għall-ewwel darba marru fil-vantaġġ, imbagħad Piatek reġa’ tefa’ fix-xibka fil-61 minuta biex b’hekk skorja t-tieni għalih u t-tielet għar-Rossoneri li b’din ir-rebħa saħħew ir-raba’ post fil-klassifika bi 42 punt, 4 punti vantaġġ fuq l-istess Atalanta.

Illum ikompli programm ieħor ta’ logħob mill-24 ġurnata tas-Serie A:

12:30 SPAL – Fiorentina
15:00 Empoli – Sassuolo
15:00 Genoa – Lazio
15:00 Udinese – Chievo
18:00 Inter – Sampdoria
20:30 Napoli – Torino

Għada

20:30 Roma – Bologna

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar