Futbol internazzjonali
Serie A – Milan jagħtu skoss qawwi lil Juventus, jirbħulhom 3-0

Juventus  0-3  Milan

Daqqa ta’ ħarta għal Juventus fl-isforz li jagħmluha għaċ-Champions League fl-istaġun li ġej, meta fl-Allian Stadium tilfu ma’ Milan 0-3.

Ir-rossoneri fetħu l-iskor eżatt qabel intemmet l-ewwel taqsima, meta mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari Diaz sab ix-xibka u daħlu jistrieħu 1-0.

Milan naqsu milli jirduppjaw fit-58 minuta meta Kessie falla penalty, imma kien Rebic li għamilhom 2-0 fit-78 minuta. Tomori għalaq il-logħba fit-82 minuta bit-tielet gowl, biex b’hekk Milan ħadu tliet punti importantissimi u żammew il-pass m’Atalanta fil-klassifika.

Milan għandhom 72 punt, daqs Atalanta, filwaqt li Juventus niżlu fil-ħames post b’69 punt, wara li kienu maqbuża wkoll minn Napoli.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA