Futbol internazzjonali
Serie A: Milan jirbħu barra minn darhom u jitilgħu ftit ‘il fuq fil-klassifika

Bologna 2   Milan 3

Rebħa importanti għal Milan kontra Bologna biex telgħu ftit aktar ‘il fuq fil-klassifika meta barra minn darhom rebħu 3-2. Milan marru minn fuq wara kwarta mill-penalty ta’ Piatek, b’Hernandez jagħmilhom 2-0 fit-32 minuta. L-istess plejer reġa’ sab ix-xibka tmien minuti wara, imma sfortunatament għalih tefa’ fix-xibka tiegħu stess biex l-iskor sar 2-1. Eżatt mal-ftuħ tat-tieni taqsima Bonaventura skorja t-tielet għal Milan, b’Sansone jnaqqas id-distakk 6 minuti mit-tmiem mill-11-il metru, imma l-gowl wasal tard wisq biex Bologna setgħu jippruvaw iġibu l-iskor indaqs.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Illejla Floriana jilqgħu lill-Estonjani ta’ Flora Tallinn fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fit-3 Round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-kowċ ta’ Floriana Enzo Potenza għamilha ċara…

UEFA Champions League L-Erbgħa filgħaxija ntlagħbu tliet logħbiet mir-round finali ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni. Min jgħaddi minn din il-fażi jilgħab fil-gruppi tal-aqwa kompetizzjoni Ewropea. Ilbieraħ intlagħbu l-ewwel legs b’dawn…

L-epidemoloġista Andras Csilek qal li l-UEFA u l-Ungerija ser jagħmlu żball kbir li llejla ser iħallu l-partitarji jidħlu fil-Puskas Arena f’Budapest sabiex isegwu l-finali tas-Super Cup bejn Bayern Munich u…

Aktar