Futbol internazzjonali
Serie A: Milan jirbħu fl-aħħar sekonda b’gowl ta’ Rebic; Inter imwaqfa minn Lecce

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar.

Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan iġibu d-draw b’gowl ta’ Rebic fil-bidu tat-tieni taqsima u jmorru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Hernadez fil-71 minuta. Lasagna jġib id-draw għal Udinese fil-85 minuta iżda fil-ħin miżjud, reġa’ kien Rebic li skurja l-gowl tar-rebħa għar-Rossoneri.

Draw ta’ 1-1 bejn Lecce u Inter. Inter fil-vantaġġ b’gowl ta’ Bastoni fil-71 minuta u Mancosu jġib id-draw fis-77 minuta.

Draw ta’ 1-1 bejn Bologna u Verona fi Stadio Dallara. Bani fetaħ l-iskor wara 20 minuta għal Bologna u Borini ġab id-draw għal Verona fil-81 minuta.

Draw ta’ 2-2 bejn Brescia u Cagliari. It-tim ta’ Sardegna fil-vantaġġ b’gowl ta’ Joao Pedro wara 20 minuta. Brescia jġibu d-draw b’gowl ta’ Torregrossa fis-27 minuta u l-istess plejer jiskurja l-gowl tal-vantaġġ fid-49 minuta. Cagliari jġibu d-draw minn penalty ta’ Joao Pedro fit-68 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-CAS, it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv ibbażat fl-Ivizzera dalgħodu ppublika d-deċiżjoni finali dwar l-appell li kienu ressqu Manchester City wara li dawn kienu ġew sospiżi milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej tal-UEFA. Manchester City…

Futbol internazzjonali

Napoli 2   Milan 2 Draw fis-San Paolo bejn Napoli u Milan meta f’konfront missielet spiċċaw 2-2. Milan fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Hernandez, u Di Lorenzo ġab id-draw għal…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 2   Arsenal 1 Tottenham Hotspur rebħu d-derby ta’ Londra meta laqgħu għandhom lil Arsneal u rebħulhom 2-1. Kienu l-Gunners l-ewwel li fetħu l-iskor meta Lacazette sab ix-xibka fis-16-il…

Futbol internazzjonali

Stennija kbira għad-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) dwar jekk Manchester City humiex ser jitħallew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester City…

Aktar