Futbol internazzjonali
Serie A: Milan miżmuma draw minn Roma f’San Siro

Milan 3   Roma 3

Milan miżmuma draw minn Roma f’San Siro bl-iskor ta’ 3-3 biss xorta r-rossoneri jinsabu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika. Kienu l-Milanisti li fetħu l-iskor wara biss 2 minuti permezz t’Ibrahimovic, b’Roma jġibu l-iskor indaqs mal-kwarta logħob b’gowl ta’ Dzeko. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor baqa’ 1-1.

Fit-tieni taqsima Milan ma tantx damu biex reġgħu kisbu l-vantaġġ għaliex Saelemaekers għamilhom 2-1 fis-47 minuta, imma Roma reġgħu ġew minn wara u għamlu l-iskor indaqs fil-71 minuta mill-penalty ta’ Veretout. Ibrahimovic reġa’ sab ix-xibka fid-79 minuta, din id-darba mill-11-il metru, imma Roma għal darb’oħra ġabu d-draw, did-darba fl-84 minuta permezz ta’ Kumbulla.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA