Futbol internazzjonali
Serie A: Napoli b’irtir qabel il-partita kontra Udinese

Wara t-telfa xejn mistennija kontra Bologna, l-għada tal-partita il-kowċ ta’ Napoli Carlo Ancelotti sejjaħ għal-laqgħa urġenti lill-plejers tiegħu. F’laqgħa li damet ftit iktar minn siegħa fCastel Volturno waħda mid-deċiżjonijiet ta’ Ancelotti kienet li t-tim għandu jmur għall-irtir li jibda min nhar l-Erbgħa qabel il-partita mill-kampjonat kontra Udinese.

Ancelotti uża din il-laqgħa sabiex flimkien mal-plejers isib t-triq ‘il quddiem dwar is-sitwazzjoni diffiċli li Napoli bħalissa jinsabu fiha. Napoli bħalissa jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika b’20 punt minn 14 -il partita. Napoli naqqsu milli jirbħu fil-kampjonat sa mid-19 t’Ottubru  u fl-aħħar sitt partiti kisbu erba’ draws u żewġ telfiet. Wara t-telfa ta’ 2-1 fis-San Paolo il-captian Lorenzo Insigne f’kummenti li ta lill-midja deher frustrat, fejn saħansitra wera l-frustrazzjoni tiegħu fil-konfront ta’ sħabu fid-dressing room.

Carlo Ancelotti fi tmiem il-partita stqarr li hu għandu parti kbira mir-responsabbilta’ iżda kompla li l-plejers huma responsabbli fil-grawnd. Ancelotti kompla li l-problema mhijiex l-għażla tal-plejers iżda l-kollettiv, b’hekk ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-irtir li sabiex il-plejers ikollhom iktar ħin flimkien barra l-grawnd bit-tama li din tgħin sabiex jinbidlu r-riżultati għal Napoli.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta 6   Brescia 2 Atalanta telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika meta xejnu l-isfida ta’ Brescia u rebħulhom 6-2. Pasalic stenna biss żewġ minuti biex poġġa lil Atalanta minn fuq, imma…

Futbol internazzjonali

Chelsea 1   Norwich 0 Gowl qabel il-mistrieħ ta t-tliet punti lil Chelsea meta fi Stamford Bridge għelbu lit-tim relegat ta’ Norwich 1-0. Kien Giroud li sab ix-xibka mat-tielet minuta fuq…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż ikkonferma li plejer ieħor instab pożittiv. Dan ħareġ wara diversi testijiet li saru fuq diversi plejers u membri tal-istaff. L-aħħar persuna li nstabet pożittiva tellgħet it-total ta’…

Futbol internazzjonali

Christopher Aurier, ħu l-plejer ta’ Tottenham Hotspur, Serge Aurier, inqatel b’tiri fil-belt Franċiża ta’ Toulouse. Aurier, mill-Kosta tal-Avorju, kien għadu kemm ħareġ minn diskoteka. Hu miet fl-isptar wara li ttieħed…

Aktar