Futbol internazzjonali
Serie A: Napoli jirbħu kontra Fiorentina u Udinese kontra Milan

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli.
Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick Pulgar kmieni fil-logħba. Napoli jġibu d-draw b’goal ta’ Dries Mertens fit-38 minuta għal 1-1. Qabel il-mistrieħ Lorenzo Insigne minn penalty għamilhom 2-1 favur Napoli. Wara kien Nikola Milenkovic li għamilhom 2-2 sabiex wara Jose Callejon reġa’ poġġa lil Napoli minn fuq. F’logħba bil-ballun tiela u nieżel Fiorentina ġabu d-draw permezz tad-debuttant Kevin Prince Boateng għal 3-3. Iżda Napoli reġgħu skorjaw permezz ta’ Lorenzo Insigne fis-67minuta. Hawn il-kowċ tal-Viola Montella daħħal ukoll jilgħab lid-debuttant akkwist ġdid Frank Ribery biex isalva l-logħba iżda dak kellu jkun l-iskor finali 4-3 favur Napoli.

F’logħba oħra l-Ħadd Udinese jirbħu 1-0 kontra Milan.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Ħadd wara nofsinhar intlagħbu erba’ partiti mill-kampjonat Taljan Serie A. Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Sassuolo għelbu lil Spal bi skor ta’ 3-0. Il-gowl jaslu minn Francesco Caputo fis-26 u…

Futbol internazzjonali

Serie A fl-Italja: Juventus rebħu 2-1 kontra Verona. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ b’goal sabiħ ta’ Miguel Veloso wara li ftit sekondi qabel Verona kienu laqtu l-lasta minn penalty. Aaron…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2019/20 Riżultati tas-Sibt Leicester City – 2 – 1 Tottenham Hotspur Manchester City 8 – 0 Watford Burnley 2 – 0 Norwich City Everton 0 – 2…

Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Aktar