Futbol internazzjonali
Serie A – Napoli jżommu draw lil Inter

Napoli  1-1  Inter

Fil-posticipo li ntlagħab il-Ħadd filgħaxija, Napoli żammew lil Inter draw fl-iStadio Diego Armando Maradona, biex issa d-distakk tan-neroazzurri fil-quċċata huwa ta’ 9 punti meta fadal tmien logħbiet biex jintemm l-istaġun.

Napoli marru fil-vantaġġ fis-36 minuta b’awto-gowl ta’ Handanovic, u baqgħu hekk sal-mistrieħ. Inter ġabu l-iskor indaqs fit-tieni taqsima permezz t’Eriksen, draw li żammewh sad-90 minuta biex kull tim ħa punt mill-konfront.

B’dan id-draw Napoli naqqru d-distakk minn ma’ Juventus għal 2 punti, fi ġlieda kontinwa għar-raba’ post fil-klassifika, li jkun ifisser post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA