Futbol internazzjonali
Serie A: Napoli maħsuda f’darhom minn Lecce

Kampjonat Taljan, Serie A: Programm ta’ partiti llum wara nofsinhar.

Napoli maħsuda f’darhom meta tiflu kontra Lecce bi skor ta’ 3-2. Lecce fil-vantaġġ b’gowl ta’ Lapadula fid-29 minuta. Napoli jġibu d-draw b’gowl ta’ Milik fit-48 minuta. Lecce mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl ta’ Lapadula fil-61 minuta u jiskurjaw it-tielet gowl tagħhom minn Mancosu fit-82 minuta. Callejon jerġa’ jiskurja għal Napoli fid-90 minuta.

Brescia u Udinese temmew il-konfront fi draw ta’ 1-1. Brescia fil-vantaġġ b’gowl ta’ Bisoli fil-81 minuta. Rodrigo De Paul iġib id-draw għall-Friullani fid-90 minuta.

Genoa jegħlbu lil Cagliari bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa jiskurjaħ Goran Pandev fit-43 minuta.

Rebħa fl-aħħar sekondi tal-partita għal Sassuolo li barra minn darhom għelbu lil Spal bi skor ta’ 2-1 fil-partita li ntlagħbet aktar kmieni fil-ġurnata. Bonifazi jiftaħ l-iskor għal Spal wara 23 minuta. Caputo jġib id-draw għal Sassuolo minn penalty fil-65 minuta. Boga jiskurja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar