Futbol internazzjonali
Serie A: Napoli waħedhom fit-tieni post wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq Atalanta

Napoli jinsabu waħedhom fit-tieni post tas-Serie A, meta lbieraħ filgħaxija marru għand Atalanta u rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Fabian Ruiz kellu bżonn biss 2 minuti biex poġġa liċ-Ċelesti minn fuq u baqgħu 1-0 sal-mistrieħ favur Napoli. Duvan Zapata għamel l-iskor indaqs għal Atalanta fis-56 minuta, imma l-kowċ ta’ Napoli Ancelotti għamel sostituzzjoni li swietu r-rebħa, meta daħħal lil Arek Milik fil-grawnd u dan il-plejer skorja l-gowl tar-rebħa fil-85 minuta, biex issa Napoli jerġgħu jinsabu tmien punti taħt Juventus, bi 32 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar