Futbol internazzjonali
Serie A: Parma jirbħu b’żewġ gowls fit-tieni taqsima

Serie A
Parma 2   Lecce 0

Żewġ gowls fit-tieni taqsima għamlu d-differenza fil-logħba bejn Parma u Lecce, b’tal-ewwel jieħdu tliet punti importanti fit-tama li fl-aħħar tal-istaġun jakkwistaw post fl-Europa League. Parma marru minn fuq ftit qabel is-siegħa logħob meta mill-corner, Simone Iacoponi għola tajjeb u bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-0. Fit-72 minuta Parma għalqu l-logħba meta s-sostitut Andreas Cornelius, li kien għadu dieħel fil-ground, skurja mir-rebound biex Parma ħadu tliet punti li tellgħuhom punt biss taħt Cagliari. Parma jinsabu fis-7 post tal-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Diversi partiti llum wara nofsinhar mill-21 ġurnata. Fil-partita li ntlagħbet kmieni wara nofsinhar, pass falz ieħor minn Inter li f’darhom ħadu punt biss fi draw ta’…

Futbol internazzjonali

Barcelona jidhru interessati fi Christian Eriksen ta’ Tottenham Hotspur, tant li tkellmu mal-klabb Ingliż biex jiċċekkjaw jekk jistgħux jitkellmu mal-plejer innifsu. Min-naħa tiegħu, Eriksen tkellem maċ-chairman Daniel Levy nhar it-Tlieta…

Futbol internazzjonali

Wolves 1   Liverpool 2 Liverpool resqu pass eqreb lejn it-tazza tal-Kampjonat Premier Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija marru fil-Molineux u għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-1. Kienu r-Reds li fetħu l-iskor…

Futbol internazzjonali

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib…

Aktar