Futbol internazzjonali
Serie A: Pasalic jiskorja hat-trick f’rebħa kbira għal Atalanta

Atalanta 6   Brescia 2

Atalanta telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika meta xejnu l-isfida ta’ Brescia u rebħulhom 6-2. Pasalic stenna biss żewġ minuti biex poġġa lil Atalanta minn fuq, imma Brescia qamu mill-ħasda inizjali u għamlu l-iskor indaqs fit-8 minuta b’gowl ta’ Torregrossa. Ir-riżultat indaqs dam sal-25 minuta għaliex De Roon reġa’ poġġa lil Atalanta minn fuq, imbagħad Malinovsky fit-28 u Zapata fit-30 minuta għamlu l-iskor 4-1 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima Pasalic skorja darbtejn, fil-55  u fit-58 minuta biex għaqqad il-hat-trick u Spalek skorja gowl ieħor ta’ konsolazzjoni għal Brescia li bit-telfa baqgħu ta’ qabel tal-aħħar u jidher ċar li fl-istaġun li ġej ser ikunu qed jilagħbu fis-Serie B.

 

Illejla jintlagħab programm sħiħ ta’ logħob mis-Serie A:

19:30 Milan – Parma

19:30 Bologna – Napoli

19:30 Sampdoria – Cagliari

21:45 Roma – Verona

21:45 Lecce – Fiorentina

21:45 Sassuolo – Juventus

21:45 Udinese – Lazio

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar