Futbol internazzjonali
Serie A – Rebħa għal Juventus kontra Crotone li ttellagħhom fit-tielet post

Juventus  3-0  Crotone

Doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo fl-ewwel taqsima wittiet it-triq għal rebħa Juventina biex b’hekk telgħu fit-tielet post tal-klassifika. Il-Portugiż skorja l-ewwel wieħed fit-38 minuta, bid-doppjetta personali tasal mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima McKennie żied gowl ieħor fis-66 minuta, biex b’hekk il-bianconeri ħadu rebħa ta’ 3-0 fuq Crotone. B’din ir-rebħa Juventus telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’45 punt u b’logħba inqas minn Milan li jinsabu 4 punti fuqhom. Għal Crotone din kienet is-17-il telfa f’dan l-istaġun u jidher li ser ikun diffiċli ħafna għalihom li jżommu fis-Serie A wara dan l-istaġun.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA