Futbol internazzjonali
Serie A: Rebħa għall-Inter fuq Frosinone sabiex isaħħu t-3 post fil-klassifika

Inter saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika meta marru għand Frosinone u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1. Għal Frosinone jkompli jiżdied l-inkwiet għaliex il-logħbiet qed jonqsu u huma għadhom fil-post ta’ qabel tal-aħħar minn tal-inqas 8 punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni.

Inter fetħu tajjeb u mad-19-il minuta marru fil-vantaġġ. Kien il-cross ta’ D’Ambrosio, Radja Nainggolan għola tajjeb u bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-0. Fil-35 minuta Inter ingħataw penalty wara li Chibsah ġibed avversarju fil-kaxxa u mill-11-il metru Ivan Perisic tefa’ l-ballun naħa u l-goaler oħra għal 2-0 u hekk baqgħu sal-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima Frosinone pruvaw iwettqu reazzjoni u anke reġgħu daħlu fil-logħba meta fil-61 minuta Francesco Cassata sab ix-xibka u għamilhom 2-1. Frosinone pruvaw għallinqas iġibu l-gowl tad-dro, imma kienu Inter li kkonfermaw ir-riżultat mat-3 minuta fuq il-ħin regolamentari meta Matias Vecino tefa’ fix-xibka u għamilhom 3-1.

Illejla, Atalanta jilagħbu kontra Empoli, logħba importanti ħafna għat-tnejn li huma għal raġunijiet differenti. Filwaqt li Atalanta għadhom qegħdin jiġġieldu għal post fl-Ewropa fl-istaġun li ġej, Empoli qegħdin jitħabtu biex forsi jżommu posthom fis-Serie A.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Futbol internazzjonali

Illum jibda l-kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena li se jsir fl-Iskozja. Fi Grupp A hemm l-Iskozja, l-Olanda, in-Norveġja u Franza. Fi Grupp B hemm l-Ingilterra, il-Belġju, Spanja u…

Futbol internazzjonali

Jista’ jkun li fl-aħħar mill-aħħar il-goalkeeper Spanjol ta’ Manchester United David De Gea ser jibqa’ f’Old Trafford. Wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni dwar il-futur tal-goalkeeper Spanjol, il-manager Ole Gunnar Solksjaer…

Aktar