Futbol internazzjonali
Serie A: Rebħa komda għall-Milan f’San Siro

F’San Siro, rebħa meritata għall-Milan meta laqgħu għandhom lill-Cagliari u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0. Mat-13-il minuta wasal l-ewwel gowl tal-logħba meta Ceppitelli kien sfortunat li l-ballun ħabat miegħu biex spiċċa fix-xibka u Cagliari marru 1-0 minn taħt. Fit-22 minuta Paqueta skorja t-tieni għall-Milan wara cross preċiż ta’ Calabria. Imbagħad reġa’ kien is-solitu Piatek, li tliet minuti qabel ħalla l-ground niżżel ismu mal-lista tal-iskorers bit-tielet gowl fit-62 minuta.

B’din ir-rebħa Milan reġgħu telgħu 4 punti taħt it-tim tal-Inter, meta issa għandhom 39 punt, punt wieħed vantaġġ fuq it-tlieta ta’ warajhom, Atalanta, Roma u Lazio.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Missier Neymar Jr xejjen kull spekulazzjoni li ibnu jista’ jerġa’ jingħaqad mat-tim ta’ Barcelona fi Spanja u ċaħad li sar xi kuntatt mat-tim Katalan dwar possibilment trasferiment fis-sajf li ġej….

Futbol internazzjonali

Fis-San Paolo, Napoli fallew milli għallinqas iżommu l-istakk distakk li għandhom taħt Juventus meta spiċċaw dro mat-Torino bl-iskor ta’ 0-0. F’logħba pjuttost nervuża u kkaratteriżata minn tmien karti sofor, iċ-Ċelesti…

Futbol internazzjonali

Il-leġġenda Sir Alex Ferguson ser jerġa’ jkun fuq il-bank imexxi lit-tim ta’ Manchester United għal darb’oħra, fl-20 anniversarju minn meta r-Red Devils kienu rebħu l-finali drammatika tal-UEFA Champions League kontra…

Futbol internazzjonali

Mill-FA Cup fl-Ingilterra, fil-ħames round li qiegħed jintlagħab fi tmiem din il-ġimgħa, ilbieraħ kellna tliet timijiet oħra li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Brighton 2 Derby 1 Fl-ewwel…

Aktar