Futbol internazzjonali
Serie A – Rebħa konvinċenti għal Roma

Meta l-bieraħ kompliet tintlagħab  it-tlieta u għoxrin ġurnata tal-Kampjonat tas-Serie A Roma kisbu rebħa konvinċenti hekk kif barra minn darhom għelbu lil Chievo bl-iskor ta’ 3-0. Kien Stephan El Shaarawy li wara biss disa’ minuti logħob poġġa lit-tim mill-Kapitali fil-vantaġġ.  Biex fit-18 il-minuta Edin Dzeko rdoppja għal Roma. Huma ssiġillaw ir-rebħa fil-51 minuta b’gowl minn Aleksander Kolarov. Rebħa li poġġiet lil Roma fir-raba’ post tal-klassifika b’punti daqs il-ġirien Lazio iżda b’differenza ta’ gowls aħjar.

Illum fis-6pm Fiorentina jilqgħu lil Napoli filwaqt li fit-830pm jilgħabu Parma kontra Inter.

It-23 ġurnata tiġi fi tmiemha l-Ħadd b’dan il-Programm:-

Bologna – Genoa

Atalanta – Spal

Torino – Udinese

Sampdoria – Frosinone

Sassuolo – Juventus

Milan – Cagliari

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Futbol internazzjonali

Illejla, Juventus jistgħu jsiru ċampjins fl-Italja għat-tmien staġun konsekuttiv meta fl-Allianz Stadium jilqgħu lill-Fiorentina. Dan ser ikun il-35 Scudetto li l-bianconeri ser ikunu rebħu fl-istorja tagħhom, u wara t-telfa kontra…

Futbol internazzjonali

Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt huma t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali tal-UEFA Europa League. Fil-partiti mit-tieni legs tal-kwarti tal-finali, huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ispejjeż ta’ Sparta Prague, Napoli,…

Aktar