Futbol internazzjonali
Serie A – rebħiet identiċi 2-1 għal Juventus u Inter.. dawn tal-aħħar aktar qrib ir-rebħ tat-titlu

Kampjonat Taljan, Serie A: Żewġ partiti llejla li għadhom kemm intemmu.

Inter resqu pass ieħor viċin ir-rebħ tat-titlu b’rebħa 2-1 fuq Sassuolo.

F’darhom in-Nerazzurri skurjaw goal f’kull taqsima minn Romelu Lukaku fl-għaxar minuti, irdoppja minn azzjoni veloċi ta’ kontrattakk Lautaro Martinez fis-sebgħa u sittin minuta.

Goal ta’ konsolazzjoni skurjat lejn tmiem il-patita b’xutt sabiħ għar-rokna minn Hamed Traore.

Inter issa vantaġġ komdu fil-quċċata b’wieħed u sebgħin punt, ħdax aktar minn Milan fit-tieni post b’logħob indaqs.

u f’Turin…Juventus għelbu lil Napoli ukoll 2-1.

Goal f’kull taqsima għaċ-Champions renjanti biex Andrea Pirlo għal issa salva postu bħala kowċ.

Vantaġġ ukoll kmieni għal Juventus minn Cristiano Ronaldo fit-tlettax-il minuta, rdoppja Paulo Dybala fit-tlieta u sebgħin minuta.

Partenopei bil-goal ta’ konsolazzjoni minn penalty fil-ħin miżjud skurjat minn Lorenzo Insigne.

B’din ir-rebħa nifs qawwi għal Juventus fl-aspirazzjonijiet li jikkwalifikaw għal UEFA Champions League l-istaġun li ġej, telgħu b’disgħa u ħamsin punt, wieħed biss taħt Milan u daqqa fl-aspirazzjonijiet ta’ Napoli li b’din it-telfa waqfu l-mixja pożittiva ta’ tliet rebħiet konsekuttivi.

Miktub minn...
Rodney Vassallo