Futbol internazzjonali
Serie A: Roma jirbħu u jitilgħu fir-raba’ post

Verona 1   Roma 3

Roma telgħu fir-raba’ post tas-Serie A wara li fil-posticipo għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 3-1. Roma marru minn fuq mas-17-il minuta meta Kluivert irċieva l-ballun fil-kaxxa u bla eżitazzjoni tefa’ ġewwa għal 1-0. Roma damu jgawdu l-vantaġġ għal 4 minuti biss għaliex Verona permezz ta’ Davide Faraoni għamlu l-iskor 1-1. Mal-45 minuta Roma ngħataw penalty wara li Gunter żamm lill-avversarju fil-kaxxa, u mill-11-il metru Deigo Perotti għamilhom 2-1. Roma għalqu l-logħba żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari meta Perotti għadda l-ballun lejn Henrikh Mkhitaryan li tefa’ fix-xibka għal 3-1.

Illejla tiġi fi tmiemha l-14-il ġurnata tas-Serie A meta fid-20:45 Cagliari jiltaqgħu kontra Sampdoria.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Futbol internazzjonali

Sheffield UTD 0   Newcastle UTD 2 Newcastle ħadu xi ftit tan-nifs fil-Kampjonat Ingliż meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lil Sheffield UTD 2-0. Kien Saint-Maximin li fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, u Jonjo…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 1   Perugia 2 Diżappunt għal Sassuolo fil-Coppa Italia meta fir-Round tas-16 tilfu kontra Perugia 2-1. Sal-ewwel 17-il minuta Perugia kienu diġa’ 2-0 minn fuq b’gowls ta’ Mazzocchi u Nicolussi….

Aktar