
Futbol internazzjonali
Serie A – Roma miżmuma draw mill-għaxar plejers ta’ Benevento
Benevento 0-0 Roma
Għalkemm b’għaxar plejers, Benevento rnexxielhom jieħdu punt fill-logħba kontra Roma, meta fl-iStadio Ciro Vigorito ġew draw 0-0. Dan kien it-tielet draw konsekuttiv għal Benevento li permezz tiegħu telgħu fil-15-il post tal-klassifika, filwaqt li Roma naqsu milli jnaqqsu d-distakk minn ma’ Milan għal tliet punti. Roma m’approfittawx miż-żelqa ta’ Milan aktar qabel fil-ġurnata, u ħadu punt li tellagħhom b’44 fit-tielet post, punt biss fuq Atalanta u Lazio.
Illejla tintlagħab logħba waħda mis-Serie A fid-20:45, meta fl-Allianz Stadium ta’ Turin, Juventus jilqgħu lit-tim tal-qiegħ Crotone.