Futbol internazzjonali
Serie A: Sampdoria jirnexxilhom iżommu lil Inter fi dro f’darhom

F’logħba li ntlagħbet il-Ħadd kmieni waranofsinhar, Sampdoria f’darhom irnexxillhom iżommu fi dro liċ-ċampjins renjanti tal-Italja Inter bl-iskor ta’ 2-2.

Kienu Inter li fetħu l-iskor permezz tad-difensur Federico Dimarco fit 18-il minuta. Sampdoria wieġbu permezz tad-difensur Ġappuniz Maya Yoshida ftit wara n-nofs siegħa logħob. Ma tmiem l-ewwel taqsima kien Lautaro Martinez li reġa’ tefa’ lil Inter fil-vantaġġ. Iżda l-aħħar kelma kienet ta’ Sampdoria permezz tad-difensur Tommaso Augello malli bdiet it-tieni taqsima, biex b’hekk irnexxielu jġib id-dro f’logħba fejn Sampdoria dejjem kienu fi żvantaġġ.

F’riżultati oħra il-Ħadd:

Sampdoria 2 – 2 Inter

Cagliari 2 – 3 Genoa

Spezia 0 – 1 Udinese

Torino 4 – 0 Salernitana

 

Miktub minn...
TVM Sport
.