Futbol internazzjonali
Serie A: Spal jaħsdu lil Atalanta, jinqalgħu mill-aħħar post

Serie A

Atalanta 1   Spal 2

Nifs qawwi għal Spal fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta t-Tnejn filgħaxija marru għand Atalanta u ħarġu bit-tliet punti f’idejhom biex anke nqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika. Kienu Atalanta li marru minn fuq eżatt wara kwarta logħob meta Zapata għadda l-ballun lejn Josip Ilicic li rnexxilu jitfa’ fix-xibka għal 1-0, u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima Spal dawru l-logħba. Mal-54 minuta huma ġabru d-draw meta Andrea Petagna rċieva ballun tajjeb fil-kaxxa u kkonkluda biex għamilhom 1-1. Il-gowl tar-rebħa wasal mas-siegħa logħob meta Mattia Valoti għadda minn bejn id-difensuri avversarji u spara xutt fil-baxx li għeleb lil Sportiello għal 2-1.

B’din ir-rebħa Spal telgħu fit-18-il post tal-klassifika bi 15-il punt, filwaqt li Atalanta baqgħu fil-5 post b’35 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League: Illum qed jintlagħab it-tieni leg tal-fażi tal-aħħar 32 tim. Fid-9.00pm, TVM2 ixandar il-partita minn Old Trafford bejn Manchester United u Club Brugge. L-ewwel leg fil-Belġu l-ġimgħa l-oħra…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg Lyon………….1 Juventus……0 Olympique Lyon jirreġistraw rebħa sofferta iżda importanti kontra Juventus fi Franza fil-Groupama Stadium bl-iskor ta’ 1-0 b’goal skorjat fl-ewwel…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg Real Madrid…………1 Manchester City…..2 Manchester City dawwru telfa f’rebħa fl-ewwel leg ta’ din il-fażi meta f’Madrid fl-Estadio Santiago Bernabeu huma ġew…

Aktar