
Futbol internazzjonali
Serie A – Spezia jirbħu kontra Sampdoria
Spezia 2 Sampdoria 1
Rebħa importanti għal Spezia kontra Sampdoria biex b’hekk inqalgħu mill-pożizzjonijiet tan-naħa t’isfel tal-klassifika u resqu eqreb lejn l-istess Sampdoria. Kienu Spezia li fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Terzi, imma Candreva ġab id-draw għal Sampdoria fl-24 minuta biex sal-mistrieħ baqgħu 1-1.
Fit-tieni taqsima Spezia skorjaw il-gowl tar-rebħa mill-penalty ta’ Nzola li wasal fil-61 minuta biex b’hekk ħadu t-tliet punti.