Futbol internazzjonali
Serie A – Tkompli l-ġimgħa ħażina ta’ Roma, jitilfu kontra Sampdoria

Sampdoria  2-0  Roma

B’gowl f’kull taqsima Sampdoria ħadu tliet punti fl-iStadio Luigi Ferraris kontra Roma meta rebħulhom 2-0. Din kienet ġimgħa diżastruża għal Roma għax wara s-sitta li qalgħu f’Old Trafford nhar il-Ħamis li għadda fl-Europa League, ma rnexxilhomx idawru l-paġna kontra Sampdoria u dabbru tnejn oħra.

Silva fetaħ l-iskor għal Sampdoria eżatt qabel il-mistrieħ u Jankto għamilhom 2-0 fil-65 minuta. Roma ħasbu li naqqsu d-distakk fit-68 minuta imma l-gowl ta’ Mayoral kien ikkanċellat permezz tal-VAR minħabba pożizzjoni t’offside. Biex il-lejla tkompli ġejja mill-ħażin għall-agħar għal Roma, Dzeko falla penalty fil-71 minuta.

Illejla tintlagħab logħba waħda mis-Serie A, Torino jilagħbu kontra Parma fid-20:45.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA