Futbol internazzjonali
Serie A – Torino b’rebħa importanti, Parma punt bogħod mis-Serie B

Torino  1-0  Parma

Logħba fin-naħa t’isfel tal-klassifika tliet punti lil Torino meta għelbu lil Parma 1-0. B’din it-telfa Parma għandhom sieq u nofs fis-Serie B, għaliex meta fadal biss 4 logħbiet jinsabu 12-il punt ‘il bogħod mis-salvazzjoni, allura mal-punt ieħor li jiksbu Cagliari jisfaw relegati.

Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasa fit-63 minuta permezz ta’ Vojvoda biex Torino ħarġu rebbieħa fl-iStadio Olimpico ta’ Turin.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA