Futbol internazzjonali
Serie A: Fiorentina jirbħu fl-ewwel ħarġa mingħajr Astori, xeni ta’ qsim il-qalb fit-13-il minuta

Fiorentina rebħu l-partita tagħhom li ntlagħbet illum fin-12.30pm fi Stadio Artemio Franci ta’ Firenza b’gowl uniku skurjat minn Vitor Hugo fil-25 minuta.

Iżda ‘l bogħod minn rebħa u tliet punti, il-partita kienet ikkaratterizzata minn xeni ta’ qsiem il-qalb wara l-mewt tal-captain ta’ Fiorentina Davide Astori bħal-lum ġimgħa.

Stadio Artemio Franchi ma kellu post vojt u l-partitarji ħejjew korjografija mill-isbaħ.

Qabel bdiet il-partita, Astori ngħata merħba ta’ eroj u tfakkar minn dawk kollha preżenti b’minuta silenzju.

Il-partita waqfet fit-13-il minuta, in-numru li Astori kien jilbes fuq il-flok. Hemmhekk, l-istadium ittrasforma ruħu b’kulur vjola u feġġ in-numru 13.

Wara l-partita, fuq wiċċ il-plejers ta’ Fiorentina dehret evidenti d-dieqa li l-uġigħ li għadhom għaddejjin minnu.

Davide Astori kien maħbub ħafna fil-belt ta’ Firenze.

Il-klabb ta’ Fiorentina ddeċieda li jirtira l-flokk bin-numru 13 biex fil-futur ma jintlibes minn ħadd aktar.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Riżultati tal-ewwel ġurnata Grupp G Rapid Wien 2 – 0 Spartak Moscow  Hawn Artem Timofeev skorja own goal u Thomas Murg għal 2-0 Villarreal 2 –…

Futbol internazzjonali

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda. Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0….

Futbol internazzjonali

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1. Maradona qal li s’issa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: tibda l-fażi tal-gruppi b’rebħiet tajba għal Inter, Barcelona, u Liverpool: dawn tal-aħħar f’partita ta’ ħames goals f’Anfield. Fil-Giuseppe Meazza Inter dehru resqin lejn diżappunt ieħor wara bidu…

Aktar