Futbol internazzjonali
Serie A: Inter jirritornaw għar-rebħ kontra Bologna li jispiċċaw il-partita b’disa’ plejers

Kampjonat Taljan, Serie A: 5 partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar mill-24 ġurnata.

Inter jirritornaw għar-rebħ f’darhom bi skor ta’ 2-1 kontra Bologna. Inter fil-vantaġġ b’gowl ta’ Eder wara żewġ minuti. L-ex plejer tagħhom Palacio jġib id-draw għal Bologna fiil-25 minuta. Inter jiskurjaw il-gowl tar-rebħa minn Karamoah fit-63 minuta. Bologna jispiċċaw il-partita b’disa’ plejers wara li tkeċċew Mbaye u Masina.

Sampdoria jegħlbu f’darhom lil Verona bi skor ta’ 2-0. Barreto jiftaħ l-iskor għal Sampdoria fil-50 minuta. Quaglirella jirdoppja minn penalty fil-85 minuta.

Torino jegħlbu lil Udinese bi skor ta’ 2-0. N’Kolou jiftaħ l-iskor għall-Granata fit-32 minuta u Belotti jirdoppja fis-66 minuta.

Genoa għelbu barra minn darhom lil Chievo b’gowl skurjat fil-ħin miżjud minn Laxalt.

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, draw ta’ mingħajr gowls bejn Sassuolo u Cagliari.

Fit-tliet partiti tal-bieraħ; rebħa kbira għal Milan barra minn darhom kontra Spal bi skor ta’ 4-0. Cutrone jiftaħ l-iskor wara żewġ minuti u jirdoppja fil-65 minuta. Biglia skorja t-tielet gowl fit-73 minuta u Borini skorja r-raba’ gowl fid-90 minuta.

Draw ta’ 1-1 bejn Crotone u Atalanta. Crotone fil-vantaġġ b’gowl ta’ Mandragora fid-79 minuta. Atalanta jġibu d-draw b’gowl ta’ Palomino żewġ minuti mit-tmiem.

Rebħa kbira oħra għal Napoli li f’darhom għelbu lil Lazio bi skor ta’ 4-1 wara li sfaw gowl minn taħt skurjat minn De Vrij wara 3 minuti. Napoli jġibu l-gowl tad-draw qabel il-mistrieħ permezz ta’ Callejon. Fit-tieni taqsima il-Partenopei jiskurjaw tliet darbiet oħra, minn auto goal ta’ Wallace fl-54 minuta, Mario Rui fis-56 minuta u Dries Mertens fit-73 minuta.

Fil-partita li ntlagħbet il-Ġimgħa filgħaxija, rebħa għal Juventus barra minn darhom għand Fiorentina bi skor ta’ 2-0. L-ex plejer tal-Viola Bernardeschi fetaħ l-iskor minn freekick fis-56 minuta u Gonzalo Higuain irdoppja erba’ minuti mit-tmiem.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter huma r-raba’ t-team Taljan fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej wara rebħa drammatika fuq Lazio fl-Olimpico l-bieraħ filgħaxija. Tliet punti bogħod minn Lazio ġurnata minn tmiem il-kampjonat, xejn inqas…

Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Fi sforz sabiex isaħħu l-iskwadra għall-staġun ieħor Ħamrun Spartans permezz tal-President tagħhom il-Naplitan Nunzio Antignani u l-Aġent Gaetano Giovanni Farruggio qed jesploraw il-possibilita’ li jiffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-klabb Spanjol…

Futbol internazzjonali

Illejla saret il-finali tal-FA Cup bejn Chelsea u Manchester United, bl-FA Cup ta’ din is-sena tintrebaħ minn Chelsea wara rebħa ta’ 1-0 f’din il-finali. Din kienet it-tmien darba li Chelsea…

Aktar