Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus b’rebħa faċli oħra, Lazio jġibu d-draw fl-aħħar sekondi

Serie A, fl-Italja: Sitt partiti li ntlagħbu kmieni l-Ħadd.

Juventus jegħlbu lil Udinese f’darhom bi skor ta’ 2-0 biex ikompli bis-serje pożittiva ta’ riżultati pożittivi. Għal darb’oħra protagonist Paolo Dybala b’żewġ gowls oħra fl-20 u d-49 minuta. Gonzalo Higuain ifalli penalty għall-Bianconeri fit-38 minuta.

Draw ta’ 2-2 bejn Cagliari u Lazio f’Sardegna. Cagliari fil-vantaġġ b’gowl ta’ Pavoletti fil-25 minuta. Lazio jġibu d-draw minn auto goal ta’ Ceppitelli fil-35 minuta. Cagliari jerġgħu jmorru fil-vantaġġ minn penalty ta’ Barella fl-74 minuta u Lazio jġibu l-gowl tad-draw minn Immobile fid-90 minuta.

Fiorentina quddiem Stadio Artmeio Franchi mimli wara l-mewt ta’ Astori, Fiorentina għelbu lil Benevento bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tal-partita jiskurjaħ Vitor Hugo fil-25 minuta. Xeni ta’ qsiem il-qalb qabel u wara l-partita u b’mod speċjali fit-13-il minuta meta kulħadd waqaf isellem lill-ex captain ta’ Fiorentina eżatt fil-minuta tal-flokk li kien jilbes min-numru 13.

Crotone jegħlbu lil Sampdoria bi skor konvinċenti ta’ 4-1 biex iżommu t-tama tas-salvazzjoni ħajja. Trotta jiftaħ l-iskor wara 6 minuti u Stoian jirdoppja fit-23 minuta wara li Trotta falla penalty. Trotta jagħmilhom 3-0 fis-47 minuta. Zapata jiskurja għal Sampdoria fis-70 minuta iżda Crotone jżidu ieħor minn auto goal ta’ Silvestre ħames minuti mit-tmiem.

Atalanta għelbu lil Bologna barra minn darhom bi skor ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa jiskurjah De Roon fit-83 minuta.

Punt kull wieħed bejn Sassuolo u Spal għal riżultat finali ta’ 1-1. Spal fil-vantaġġ b’gowl ta’ Antenucci fis-27 minuta, Sassuolo jġibu d-draw minn penalty ta’ Babacar fil-31 minuta. Ċans għal Sassuolo li jirbħu l-partita iżda Politano qabel il-mistrieħ, falla mill-11-il metru.

Verona jirbħu d-derby meta fil-partita tas-Sibt filgħaxija għelbu lil Chievo bi skor ta’ 1-0. L-uniku gowl tal-partita, li kien anki l-gowl tar-rebħa skurjah Antonio Caracciolo fit-52 minuta.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Is-Sibt fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar minn Grupp Ġ, il-Belġju tkun mistennija tikkwalifika jekk tikseb tliet punti u tegħleb lit-Tuneżija fl-ISpartak Stadium. Il-kowċ Belġjan Roberto Martinezż u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja 2018 Grupp E f’St.Petersburg Brażil ………….. 2 Kosta Rika …… 0 Żewġ goals fil-ħin miżjud taw l-ewwel rebħa lil Brażil f’din it-Tazza tad-Dinja meta f’logħba ferm iktar diffiċli…

Aktar