Serie A – Juventus ikomplu jżidu l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

Serie A

Cagliari – Udinese 3-0
Atalanta – Chievo 2-1
Genoa – Catania 2-0
Sassuolo – Parma 0-1
Torino – Sampdoria 0-2
Verona – Bologna 0-0
Livorno – Napoli 1-1
Milan – Juventus 0 – 2
Fiorentina – Lazio 0 – 1

KlassifikaJuventus 69, Roma 58, Napoli 52, Fiorentina 45, Inter 41, Verona 40, Parma 40, Lazio 38, Torino 36, Milan 35, Genoa 35, Sampdoria 31, Atalanta 31, Udinese 28, Cagliari 28, Bologna 22, Chievo 21, Livorno 21, Catania 19, Sassuolo 17.

Juventus jagħmlu pass  ieħor lejn ir-rebħ tal-Kampjonat wara li fil-partitisima ta’ tmiem il-ġimgħa għelbu lil Milan barra minn darhom bl-iskor ta’ 2-0.

Qabel il-mistrieh, Juventus fil-vantaġġ meta Lichsteiner ta lejn Fernando Llorente li mill-viċin ma żbaljax.

Fit-tieni taqsima, Juventus baqgħu fil-kontroll tal-partita, u fit-tmienja u sittin minuta irduppjaw bi ġmiel ta’ xutt ta’ Carlos Tevez minn tarf il-kaxxa biex għamilhom 2-0.

Żelqa oħra f’darhom għal Fiorentina li kontra kull mistenni tilfu kontra Lazio bl-iskor ta’ 1-0, gowl uniku li ddeċieda l-partita, fl-ewwel ħames minuti tal-Albaniz Lorik Cana.

Parma komplew bis-serje pożittiva taghħom meta għelbu barra minn darhom lit-tim tal-qiegħ Sassuolo bl-iskor ta’ 1-0.

Gowl li ddeċieda l-partita wara biss żewġ minuti minn Marco Parolo.

Rebħiet identiċi ta’ 2-0 għaż-żewġ timijiet minn Genova.

F’darhom fi Stadio Marassi, Genoa għelbu lil Catania b’gowl kull taqsima, minn Luca Antonelli wara kwarta logħob, u Stefano Sturaro lejn it-tmiem.

Min-naħa tagħhom Sampdoria kisbu rebħa xejn mistennija, meta barra minn darhom għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 2-0.

Il-blucerchiati fil-vantaġġ wara biss seba minuti mill-eks Roma Stefano Okaka, biex lejn it-tmiem ġmiel ta’ frikik taż-żagħżugh interessanti misluf mingħand Juventus,  Manolo Gabbiadini serraħ ras it-tim tal-kowċ Sinisa Mihajlovic minn tliet punti oħra.

Atalanta rritornaw għar-rebħ meta f’darhom għelbu lil Chievo bl-iskor ta’ 2-1.

Carlos Carmona poġġa lil Begamaschi fil-vantaġġ fl-għoxrin minuta, biex wara li spiċċaw b’raġel inqas, kontra x-xejra tal-logħob, Chievo kisbu d-draw fit-tnejn u sebgħin minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Dario Dainelli, qabel il-gowl tar-rebħa għal Atalanta minn Luca Cigarini fil-ħamsa u tmenin minuta.

Cagliari komplew jitbiegħdu min-naħa t’isfel tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-0 fuq Udinese.

Kien Victor Ibarbo li poġġihom fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima, biex lejn it-tmiem żewġ gowls oħra għas-Sardi minn Matias Vecino fil-wieħed u tmenin minuta, u Agim Ibraimi issiġilla r-rebħa bit-tielet gowl fid-disgħin minuta.

F’partita oħra, Verona laħqu l-mira tal-erbgħin punt li jistgħu ifissru serħan il-moħħ mir-relegazzjoni, wara draw ta’ mingħajr gowls f’darhom kontra Bologna.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar