Futbol internazzjonali
Serie A: L-ewwel punt tal-kampjonat għal Benevento kontra AC Milan…2-2

Benevento, f’darhom, ħadu l-ewwel punt tal-istaġun kontra Milan, għal skor finali ta’ 2-2, fl-ewwel partita ta’ Gennaro Gattuso bħala kowċ ġdid.

Milan fil-vantaġġ b’gowl ta’ Bonaventura wara 38 minuta.

Fl-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima, Benevento ġabu d-draw minn Puscas fil-50 minuta.

Kalinic jerġa jitfa’ lil Milan fil-vantaġġ fis-57 minuta u Milan jispiċċaw jilagħbu b’10 plejer wara t-tkeċċija ta’ Romagnoli kwarta mit-tmiem.

Benevento skurjaw il-gowl drammatiku tad-draw fil-95 minuta minn Brignoli.

Rebħa kbira ta’ 5-0 għal Inter f’darhom kontra Chievo. Inter fil-vantaġġ minn Perisic fit-23 minuta u Icardi jirdoppja fit-38 minuta. Inter bi tliet gowls oħra fit-tini taqsima skurjati minn Perisic fis-57 minuta, Skriniar fis-60 minuta u Perisic fit-92 minuta.

Fiorentina jegħlbu lil Sassuolo bi skor ta’ 3-0. Il-Vjola jiftħu l-iskor fit-32 minuta minn Simeone, jirdoppja Veretout fit-42 minuta u fit-tieni taqsima gowl ieħor ta’ Chiesa.

Draw ta’ 1-1 bejn Bologna u Cagliari. Juao Pedro jiftaħ l-iskor għal Cagliari fit-42 minuta u Destro jġib id-draw għal Bologna fil-81 minuta.

Illejla fi Stadio Marassi fid-20.45 tintlagħab Sampdoria kontra Lazio.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

David Silva jirtira mit-Team Nazzjonali Spanjol bl-aħħar dehra tiegħu għal pajjizu tkun l-eliminazzjoni bikrija għall-ex Champions tad-Dinja fil-fazi tal-aħħar Sittax fl-aħħar edizzjoni dan is-sajf fir-Russja kontra l-istess Russi bil-penalties. Il-midfielder…

Futbol internazzjonali

Fiorentina akkwistaw uffiċjalment lill-midfielder Żvizzeru Edimilson Fernandes mingħand West Ham. Il-klabb Vjola permezz tas-sit uffiċjali kkonferma din l-aħbar hekk kif Edimilson issieħeb ma’ Fiorentina b’self għal staġun bil-klabb ikollu l-għażla…

Aktar