Serie A: Roma ħames punti ‘l bogħod minn Juventus, rebħa għal Parma

Lazio issa fis-sitt post fil-klassifika tas-Serie A wara rebħa ta’ 2-0 kontra Sampdoria hekk kif f’Ruma kienu Candreva u Lulic rispettivament li skorjaw iż-żewġ goals tal-Bianco Celesti.

F’Bergamo telfa shock għall-Atalanta meta dawn sfaw mgħeluba min Sassuolo 2-0. Il-Goals GĦAT-TEAM TA’ Francesco Eusebio skorjhom it-tnejn Nicola Sansone b’goal f’kull taqsima.

Roma ħadu t-tliet punti meta rebħu 3-1 lil Cagliari away biex issa naqqsu l-marġni tad-distakk min ma Juventus għal ħames punti biss.
Għal Roma skorjaw hat trick Mattea Destro li issa jinsab il-kandidat numru wieħed u favorit nett li jagmilha għat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil mat-team Nazzjonali taljan. Mauricio Ricardo Pinilla ttrasforma penalty fl-aħħar ħinijiet tal-logħba.

Catania tilfu f’darhom fil-Massimino u kważi rmew ix-xugamann u rassenjati li se jiġu relagati għa-Serie B meta bir-rebħa ta’ Sassuolo issa l-isqallin jinsabu weħidhom l-aħħar.

L-ironija kienet li Catania marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti min Gonzalo Bergessio iżda Torino dawwru telfa f’rebħa b’goals ta’ Alexander Farnerud u Ciro Immobile għal 2-1.

Fiorentina saħħew ir-raba’ f’dan il-kampjonat b’rebħa ta’ 2-1 fuq Udinese. Għal Viola fetaħ l-iskor Juan Cuadrado fil-25 minuta u wara kien Gonzalo Rodriguez li għamilhom 2-0 min penalty. Għat-team mill-Friuli skorja l-goal waħdini Bruno Fernandes tmien minuti mit-tmiem.

Riżultati kolla:
FT Lazio 2 – 0 Sampdoria
FT Atalanta 0 – 2 Sassuolo
FT Cagliari 1 – 3 Roma
FT Catania 1 – 2 Torino
FT Fiorentina 2 – 1 Udinese
FT Parma 1 – 0 SSC Napoli

Għada:

19:00 Juventus  – Livorno
21:00 Genoa  –  AC Milan

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Champions League 2019/20 Fażi tal-aħħar 16 – It-Tieni Leg Barcelona u Bayern Munich għaddew għall-fażi tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun 2019/20 hekk kif għaddew bl-aggregates kontra Napoli u…

Futbol internazzjonali

Intant ftit tal-minuti ilu il-Club ikkonferma li ta promozzjoni lill Andrea Pirlo sabiex ikun il-kowċ il-ġdid tat-team. Pirlo ftit tal-jiem ilu kien għadu kif inħatar kowċ ta’ taħt it-23 sena…

Futbol internazzjonali

Il-plejer Brażiljan Willian jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Arsenal minn ma’ Chelsea, trasferiment bejn iż-żewġ timijiet ta’ Londra li ftit tal-ġranet ilu ltaqgħu fil-finali tal-FA Cup li kienet mirbuħa…

Aktar