Futbol internazzjonali
Sessjoni ta’ taħriġ bil-bibien miftuħa għal Real Madrid

Real Madrid iċċelebraw bil-kbir il-bidu tas-sena l-ġdida billi fetħu l-bibien tagħhom waqt sessjoni ta’ taħriġ segwita mill-qrib mill-partitarji tagħhom. Is-sessjoni ta’ taħriġ inkludiet ukoll partita ferm interessanti bejn il-plejers tat-tim li offriet gowls mill-isbaħ u eċitament kbir.

Matul l-elfejn u tmintax, Los Blancos rebħu t-tielet titlu konsekuttiv taċ-Champions League, l-aħħar wieħed kontra Liverpool u anke spiċċaw is-sena billi rebħu r-raba’ Tazza tad-Dinja għall-Klabbs.

Minkejja r-riżultati tajba miksuba, is-sena elfejn u tmintax kienet waħda diffiċli għal Real Madrid li tilfu s-servizzi tal-plejer stilla Cristiano Ronaldo u raw anke t-tluq tal-kowċ Zinedine Zidane wara tliet staġuni mimlija suċċessi. Wara Zidane, Real Madrid ħatru lil eks-kowċ nazzjonali Spanjol Lopetegui, iżda dan tal-aħħar ġie mibdul wara serje ta’ riżultati negattivi mal-Arġentin Santiago Solari.

Miktub minn...
TVM Sport
.