Motorsport
Sewwieqa Maltin fi Sqallija

Mill-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu sal-Ħadd 1 ta Settembru, seba’ sewwieqa Maltin telgħu Sqallija, propju fil-villaġġ ta Chiaramonte biex jikkompetu fis-62 edizzjoni tat-tellieqa Monti Iblei, korsa ta 8.5 kilometri. Is-Sewwieqa kienu, Didier Bugeja fuq Peugeot 106, Ignazio Cannavo fuq Lamborgini Gallardo GT3, Anastasi Joe fuq Austin Cooper, Galea Noel fuq Escort MK2, Dunford James fuq Norma M 20F, Camilleri Darren fuq Tatuus Honda, Galea Ian fuq Argo Formula F3 Honda u Deidun Ivan Paul.

L-ikbar suċċess f’dan l-avveniment kien dak ta Noel Galea li spiċċa il-ġurnata, l-ewwel fil-grupp u fil-klassi tiegħu, li tinkludi karozzi ta l-istess tip pero b’magni ikbar, fit-18 il-post minn 243 vettura, kif ukoll l-aħjar karozza Saloon tal-ġurnata. Il-ħiliet ta Galea biex jipprepara il-karozza tiegħu kif ukoll l-esperjenza li Galea għandu ġewwa Sqallija jidher li qiegħed iħallu r-rizultat mixtieq.

Għal Darren Camilleri din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu ġewwa Chiaramonte, pero ma naqas milli jakwista rizultat tajjeb fejn spiċċa fit-tieni post fil-klassi tiegħu. Didier Bugeja, għalkemm forsi il-prestazzjoni tiegħu kienet tidher xi ftit aħjar mir-rizultat spiċċa fit-3 post fil-klassi tiegħu. James Dunford saq in-Norma M 20F u spiċċa ukoll fit-tieni post tal-klassi tiegħu.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez fuq mutur Honda rebaħ il-Grand Prix tal-lum li sar f’San Marino u resaq iktar viċin li jirbaħ it-titlu ta’ champion ta’ din is-sena dan hekk…

Motorsport

Is-sewwieq Malti tal-GoKart Gianluca Dingli kien impenjat billi kkompeta fil-kampjonat Taljan tar-Rok Cup f’Adria International Raceway fl-Italja. Ma kinitx ġimgħa faċli ddominata bi problemi tekniċi u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. L-abilità…

Aktar