Motorsport
Sewwieqa Maltin jisirqu x-xena f’Birmingham

Tim Malti ta’ Stunt Drivers, Team Maximum Lock magħmul minn Clint Abela, Chris Bezzina u Mark Galea seraq ix-xena fi tmiem il-ġimgħa f’Birmingham, l-Ingilterra.

L-avveniment bl-isem Autosport Internationa sar fl-NEC, Birmingham bejn id-9 u t-12 ta ‘Jannar 2020.

Din is-sena l-ispettaklu ċċelebra t-30 anniversarju tiegħu, l-avveniment huwa popolari ħafna wkoll mad-dilettanti tal-Motorsport Maltin li jżuruħ kull sena.

Dan l-avveniment internazzjonali annwali jkopri l-oqsma kollha tal-isport, mill-karting sa Formula Wieħed. Jkunu esposti l-aktar innovitajiet fl-isport, it-teknoloġija tal-karozzi u inġinerija relatata mal-motorsport.

Team Maximum Lock taw tnax-il wirja ta ‘stunts u sewqan ta’ preċiżjoni matul l-avveniment fuq erbgħat ijiem. Għall-stunts tagħhom it-tim uża 4 karozzi, 2 Nissan 350z u 2 Nissan Skylines.

L-impenn li jmiss għal-Team Maximum Lock ser iseħħ fit-trakka ta Santa-Pod f’nofs ix-xahar id-dieħel, waqt avveniment imsejjaħ Stunt Fest. Bħal fil-wirjiet kollha li Team Maximum Lock jagħtu ġewwa ir-Renju Unit, it-tim kien megħjun minn Bruce Fenech.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Aktar