Shawn Buttigieg jirreġistra l-aħjar ħin fil-Ġermanja

Fil-Kampjonat FIM Super Street Bike fuq il-Korsa tad-Drag Racing f’Hockenheim il-Ġermanja, il-Malti Shawn Buttigieg fuq Mutur Suzuki kompla jirreġistra iktar rekords, din id-darba l-aħjar ħin ta’ 7.213 sekondi fuq distanza ta’ Kwart ta’ Mil.

B’xorti ħażina, fis-semi finali Buttigieg irreġistra ħin ħażin li ħallieh barra mill-finali.

Il-Finali ntrebħet mill-Ingliż Bradley O’Connor fuq id-Daniż Lund, waqt li Shawn Buttigieg għalaq il-ġurnata fit-tielet post.

Fil-klassifika generali O’Connor jinsab fil-ħames posizzjoni hekk kif din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-kampjonat.

Bħalissa d-Daniż Mogens Lund jinsab fil-quċċata, punt iktar mil-Malti Shawn Buttigieg.

Luke Farrugia li ukoll qed jikkompeti f’dawn il-kampjonati, bħalissa jinsab fit-tnax il-post tal-klassifika.

Dan il-Kampjonat se jkompli bejn nhar l-4 u 7 ta’ Settembru fuq it-trakka ta’ Santa Pod fl-Ingilterra.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar