Futbol lokali
Shola Haruna Shodiya jingħaqad ma’ Hibernians

L-ex attakkant ta’ Birkirkara u Sliema Wanderers, Shola Haruna Shodiya, ingħaqad ma’ Hibernians.

Wara l-aħbar li żvela TVMSport matul din il-ġimgħa, issa ħarġet il-konferma uffiċjali mill-klabb li l-attakkant Niġerjan ta’ 29 sena, huwa plejer ta’ Raħal Ġdid.

Shodiya beda l-pre season ma’ Hibernians u ħalla impressjoni tajba fit-tliet partiti ta’ ħbiberija li lagħab mat-tim.

Hu se jkun qed jgħin lit-tim immexxi minn Stefano Sanderra jirbaħ il-kampjonat fl-istaġun li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar