Sport Lokali
Is-Sibt filgħaxija f’Kordin l-aqwa spettaklu tal-Boxing li qatt sar f’Malta

Boxing

Is-Sibt filgħaxija avveniment ieħor mistenni b’Judgement Day elfejn u sbatax fil-Padiljun ta’ Kordin.

B’kollox se jkun hemm ħamsa u għoxrin bout bl-ewwel ġlieda tibda fis-sebgħa ta’ filgħaxija.

L-avveniment tas-Sibt li qed ikun sanzjonat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing qed jitqies bħala l-akbar spettaklu li qatt sar f’Malta f’dan l-isport, f’serata li matulha se jingħataw ukoll erba titli Nazzjonali.

Il-ġimgħa wara nofsinhar sar il-weighing in bl-organizzaturi Demis Tonna, Steve Martin u Daniel Micallef kunfidenti li s-serata tas-Sibt tkun okkażjoni oħra li fiha l-Boxing lokali jkompli jikseb aktar popolarita.

Miktub minn...
Rodney Vassallo