Futbol internazzjonali
Is-Sibt jasal it-Trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, trażmissjoni speċjali fuq TVM u TVM2

Jumejn biss ‘il bogħod mill-wasla tat-Trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA f’pajjiżna hekk kif Malta se tospita waħda mill-attivitajiet uffiċjali tal-FIFA World Cup Tophy Tour by Coca Cola.

Għal din l-okażjoni TVM qed iħejji xandira speċjali tal-wasla tat-trofew tat-Tazza tad-Dinja f’pajjiżna u l-attivitajiet li huma skedati għal matul il-ġurnata. Ix-xandira ta’ nhar is-Sibt tibda b’edizzjoni speċjali tal-aħbarijiet fil-ħdax neqsin ħamsa ta’ filgħodu hekk kif inxandru l-filmati diretti tal-inżul tal-ajruplan uffiċjali li se jkun qed iġorr dan it-tofew prestiġjuż. Ix-xandira tkompli b’konferenza stampa li mistennija tkun indirizzata fost l-oħrajn mil-President ta’ Malta l-Eċċelenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, u minn Christian Karenbeu l-Ambaxxatur tal-FIFA. Minn TVM ix-xandira speċjali tkompli wara nofsinhar fuq TVM2 hekk kif se jkun imtella’ programm speċjali min ġewwa s-suq fil-Belt Valletta. Waqt dan il-programm se jingħataw dettalji tal-programazzjoni ta’ TVM Sport madwar ix-xhar li fiih se jkunu qed jintlagħbu l-logħbiet ta’ din il-kompetizzjoni.

TVM u TVM2 se jkunu qed ixandru b’mod dirett l-64 logħba kollha ta’ din l-edizzjoni li se ssir fir-Russja. It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tibda fl-14 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed Salah, huma t-tliet finalisti għall-unur tal-Plejer tas-Sena 2018 tal-UEFA. Il-lista finali tal-aħħar tliet plejers ivvutaw għaliha l-kowċis nazzjonali kollha minn madwar l-Ewropa. Cristiano Ronaldo…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Burnley 1 – 3 Watford Manchester City 6 – 1 Huddersfield Town Brighton & Hove Albion 3 – 2 Manchester United

Futbol internazzjonali

Il-FIFA tat ultimatum ta’ 24 siegħa lill-Federazzjoni tan-Niġerja sabiex tistabilixxi lura s-serenita’ u t-tmexxija demokratika fil-Federazzjoni tal-football tagħha. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat grupp ta’ amministraturi li kienu qed jopponu…

Futbol internazzjonali

Serie A 2018/19 Chievo Verona 2 – 3 Juventus Il-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja beda bil-logħba inawgurali tintlgħab fi Stadio Bentegodi bejn Chievo Verona u ċ-Champions renjanti Juventus. Wara 3 minuti…

Aktar