Silipo jiffirma sal-aħħar tal-istaġun ma’ Vittoriosa

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-coach taljan Faosto Silipo mistenni li jmexxi lit-team ta’ Vittoriosa sa tmiem l-istaġun. L-għola diriġenti tal-Club fl-aħħar sigħat kienu f’diskussjonijiet ma’ dan il-coach fejn ġie ppreżentat ukoll bil-kuntratt li eventwalment kien iffirmat minn Silipo.

Silipo kkowċja lill Catanzaro, Crotone, Cosenza u Siena fost l-oħrajn fil-karriera tiegħu meta dawn kienu fis-Serie B. Faosto Silipo intgħażel bħala s-suċċessur ta’ Brian Spiteri speċifikament minn Felice Bellini id-direttur sportiv tal-Club ta’ Vittoriosa. Silipo diġa’ mexxa żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ mal-players il-ġodda tiegħu iżda minħabba li ffirma l-kuntratt illum  dan mhux se jkun jista jinżel fuq il-bank għada fil-konfront mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni bejn Vittoriosa u Melita.

Meta kkuntatjati minn TVM Sport żewġ diriġenti ta’ Vittoriosa kkonfemraw li fi tmiem dan l-istaġun iż-żewġ naħat jistgħu iġeddu l-kuntratt b’sena oħra.

Miktub minn...
TVM Sport
.