eSports
Sim Racing: Issir it-3 tellieqa GT għal sewwieqa lokali
Is-serje organizzata minn World Pro Racing u l-MMF diretta fuq tvm.com.mt/sport

Is-sewwieq Brandon Bonello rebaħ it-tielet tellieqa uffiċjali ta’ Gran Turismo Sport organizzata lokalment minn World Pro Racing flimkien mal-Malta Motorsport Federation.

Tmien sewwieqa ħadu sehem fit-tellieqa fuq  15-il daqwra fiċ-ċirkwit virtwali ta’ SPA Francorchamps fil-Belġju.

Bonello ġie t-tieni fil-provi imma għamel l-aħjar ħin fil-kwalifiki biex beda quddiem u ma kellu l-ebda diffikulta’ tul it-tellieqa li spiċċa rebaħ faċilment b’distakk ta’ 24.632 sekondi minn BrandonPulis fit-tieni post.  It-tielet daħal Nicky Gauci.

It-tellieqa li jmiss fis-serje issir nhar l-Erbgħa li ġej u tintwera diretta fuq tvm.com.mt/sport mill-ħabta tat-20:30 ‘il quddiem.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
eSports

Santa Lucia FC li kienu rappreżentati mill-player Christian Spiteri rebħu l-ewwel edizzjoni tal-BOV ePremier League tal-istaġun 2019/20. Wara li l-kampjonat kellu jieqaf għal xi ġimgħat minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 il-kampjonat reġa’…

Aktar