Futbol internazzjonali
Simon Mignolet jitlaq lil Liverpool biex jingħaqad ma’ Club Brugge
Il-goalkeeper Belġjan Simon Mignolet telaq lil Liverpool sabiex jirritorna f’pajjiżu u jingħaqad ma’ Club Brugge. L-aħħar żewġ staġuni kienu iebsa ħafna għal Mignolet fejn l-ewwel tilef postu għal Loris Karius, imbagħad fl-istaġun li għadda l-goalkeeper Allison Becker kien l-għażla naturali ta’ Jurgen Klopp. Club Brugge ser iħallsu s-somma ta’ €9 miljuni għall-Belġjan li kien ilu 6 snin jilgħab f’Anfield.
Mignolet ser jiffirma kuntratt ta’ ħames snin u mistenni jkun ippreżentat lill-media matul il-ġurnata tal-lum wara li għadda mit-testijiet mediċi li sarulu l-Ħadd filgħaxija.
Liverpool ser jirċievu l-ħlas ta’ €7 miljuni f’daqqa, biż-€2 miljuni l-oħra joħduhom f’addizjonijiet oħra. Mignolet lagħab 204 darbiet ma’ Liverpool u fis-sajf li għadda kien diġa’ xtaq jitlaq imma Klopp ried iżommu bħala l-goalkeeper numru 2 tat-tim. L-aħħar logħba ta’ Mignolet mar-Reds kienet il-finali taċ-Charity Shield li Liverpool tilfu bil-penalties kontra Manchester City, fejn il-Belġjan kien il-goalkeeper ta’ riserva għal dan il-konfront.
Issa Liverpool fadlilhom biss żewġ goalkeepers fuq il-kotba tagħhom minbarra Allison, Caiomhin Kelleher u Vitezlav Jaros li fil-preżent it-tnejn li huma jinsabu mweġġa’ u allura wieħed jifhem li r-Reds ser ikunu qegħdin ifitxxu goalkepper ta’ riserva.
Club Brugge qegħdin f’tellieqa kontra l-ħin sabiex jiffinalizzaw il-karti kollha sabiex Mignolet jkun jista’ jibda bejn il-lasti fil-logħba li għandhom fil-UEFA Champions League kontra Dinamo Kiev.
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter għaddew għall-kwartifinali tal-Europa League meta f’logħba b’eliminazzjoni diretta għelbu lil Getafe 2-0. Il-logħba ntlagħbet fix-Schalke Arena f’Gelsenkirchen u kienet diċiża b’gowl f’kull taqsima. Wara bidu tajjeb ta’ Getafe kienu…

Futbol internazzjonali

L-ex goalkeeper ta’ Real Madrid u Spanja Iker Casillas ħabbar li rtira mill-futbol. Il-goalkeeper li rebaħ żewġ Kampjonati Ewropej u Tazza tad-Dinja rtira fl-età ta’ 39 sena. Casillas kien ilu…

Futbol internazzjonali

Fulham irritornaw għall-Premier League wara li rebħu lil Brentford 2-1 f’Wembley Stadium. Joe Bryan kien l-eroj għal Fulham meta skorja darbtejn fil-ħin barrani. Sad-90 minuta l-iskor kien għadu 0-0 u…

Aktar