Ċikliżmu
Simon Yates jirbaħ it-12-il stadju tat-Tour de France

Il-Brittaniku Simon Yates rebaħ it-12-il stadju tat-Tour de France fuq distanza ta’ 210 kilometri fil-Pirinej. L-istadju li beda minn Toulouse, ta togħma liċ-ċiklisti ta’ xi jfissru l-muntanji Pirinej. Minħabba li l-Ġimgħa ser isiru t-time trials, iċ-ċiklisti li qegħdin jisfidaw għar-rebħ tat-tour kollha żammew pass lura milli jisfurzaw iżżejjed.

Il-Franċiż Julian Alaphilippe baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta issa għandu minuta u 12-il sekonda vantaġġ fuq iċ-champion renjanti Geraint Thomas. Lejn tmiem it-tellieqa kien hemm sprint finali bejn tliet ċiklisti, b’Yates joħroġ rebbieħ, Bilbao jidħol it-tieni u Muehlberger jidħol it-tielet.

Il-Ġimgħa jsir it-13-il stadju tat-Tour bit-time trials, fejn l-isfidanti ewlenin mistennija jissieltu bejniethom għall-aħjar ħin fuq distanza ta’ 27.2 kilometri.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Jingħata l-aħħar tislima ċ-ċiklist Raymond Poulidor fil-funeral li sar f’Limoges, fiċ-ċentru ta’ Franza, il-belt fejn twieled u trabba. Poulidour jibqa’ msemmi bħala l-aktar ċiklist li dejjem kien viċin li jirbaħ…

Ċikliżmu

L-Awstraljan Kejlib Ewan rebaħ it-Tour de France Shanghai Criterium fi sprint finali ma’ Matteo Trentin u Steven Krujwik. Iċ-champion tat-Tour De France Egan Bernal tal-Kolombja libes il-flokk l-isfar matul din…

Ċikliżmu

Tħabbret il-mewt taċ-ċiklist Franċiż Raymond Poulidor, magħruf l-aktar għal kemm-il darba kien viċin li jirbaħ it-Tour De France u falla bi ftit anki jekk rebaħ seba’ stadji. Poulidor kellu 83…

Ċikliżmu

Russ Mantle ta’ 82 sena sar l-ewwel Brittaniku li qadef miljun mil f’ħajtu. Mantle laħaq dan it-tragward f’67 sena, u dan għaliex beda jżomm il-mili li jagħmel bir-rota li kien…

Aktar