Tennis
Sinner, Rinderknech, Brooksby u Davidovich Fokina fil-kwartifinali tal-Open t’Antwerp

It-Taljan Jannik Sinner għamilha għall-kwartifinali tal-Open t’Antwerp meta għeleb lill-kompatrijott Lorenzo Musetti f’żewġ sets. Sinner rebaħ 7-5, 6-2 biex għadda għall-fażi li jmiss fejn issa jaffaċċja lill-Franċiż Arthur Rinderknech. Min-naħa tiegħu Rinderknech elimina lis-Serb Dusan Lajovic f’inqas minn sagħtejn. Il-Franċiż kellu bżonn tliet sets biex jirbaħ lil Lajovic.

L-Amerikan Jenson Brooksby baqa’ għaddej fil-kompetizzjoni meta għeleb lil Botic van de Zandschulp f’żewġ sets. Fil-kwartifinali ser jiltaqa’ kontra l-Ispanjol Alejandro Davidovich Fokina.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA