Futbol internazzjonali
Sir Alex Ferguson ser jerġa’ jmexxi lill-Manchester United

Il-leġġenda Sir Alex Ferguson ser jerġa’ jkun fuq il-bank imexxi lit-tim ta’ Manchester United għal darb’oħra, fl-20 anniversarju minn meta r-Red Devils kienu rebħu l-finali drammatika tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich bl-iskor ta’ 2-1. Din il-logħba ser tintlagħab sabiex jinġabru fondi għall-Manchester United Foundation.

Sabiex jitfakkar dan l-anniversarju ser issir ‘replika’ ta’ din il-logħba, b’Ferguson ser imexxi lill-Manchester United XI f’Old Trafford fis-26 ta’ Mejju li ġej. F’din il-logħba ser jerġgħu jinżlu fil-grawnd diversi plejers li kienu lagħbu fin-Nou Camp fl-1999, fil-finali fejn Manchester United skurjaw darbtejn fl-aħħar minuti tal-logħba biex għollew it-tazza tal-UEFA Champions League. L-eroj ta’ dakinhar, Ole Gunnar Solskjaer, li llum qiegħed imexxi lir-Red Devils, mistenni li jkun wieħed mill-plejers li jilgħab f’dan il-konfront.

Ferguson li llum għandu 77 sena u li ilu li rtira sa mill-2013 qal li din l-okkażjoni ser tkun waħda speċjali għalih. Sir Alex Ferguson huwa l-aktar manager li qatt rebaħ unuri fl-Ingilterra, għaliex f’26 sena fit-tmexxija ta’ Manchester United huwa rebaħ xejn inqas minn 38 unur.

L-istaġun tal-1998-99 kien wieħed memorabbli għat-tim t’Old Trafford meta mhux biss rebħu l-UEFA Champions League, imma rebħu wkoll l-Kampjonat Premier Ingliż u l-FA Cup.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks midfielder internazzjonali Malti André Schembri, mistenni jħalli lil Apollon Limassolta’ Ċipru. Dan ikkonfermaħ il-player innifsu. Matul l-aħħar sentejn Schembri, f’Ċipru hu skurja 13-il gowl f’66 logħba. u lagħab ukoll fl-Europa…

Futbol internazzjonali

F’dan l-istaġun Manchester City għamlu t-treble, skurjaw 169 gowl f’61 logħba u f’diversi logħbiet kienu impressjonanti, imma għall-manager Pep Guardiola dan mhuwiex biżżejjed. Għal staġun ieħor, Manchester City fallew fil-UEFA…

Futbol internazzjonali

Juventus 1 Atalanta 1 Juventus iċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat fl-Allianz Stadium meta ġew draw kontra l-Atalanta bl-iskor ta’ 1-1. Fl-aħħar logħba f’darhom, Juventus batew xi ftit biex ħadu punt, bl-Atalanta jmorru…

Futbol internazzjonali

Illum ħarġet l-aħbar li l-player Belġjan ta’ Manchester City Vincent Kompany mhux se jibqa’ jilgħab mas-City. Kollox qed jindika li Kompany li dan l-istaġun rebaħ it-treble se jkun qed jingħaqad…

Aktar