X

FILMAT: Sirens b’rebħa komda fuq Tarxien R.

Story Published

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Tarxien R……0

Sirens………..3

Sirens li jiksbu 3 punti importanti oħra, biex jibqgħu jiġru wara Floriana u Gzira U., b’rebħa tajba ta’ 3-0 fuq Tarxien R.

Fl-14-il minuta, Sirens imorru fil-vantaġġ, kross mil-lemin ta’ Romeu Romao, jidħol tajjeb Lucas Memezes Romario li jitfa’ fix-xibka minn quddiem il-lasti, Tarxien R. 0-1 Sirens.

Fil-21 minuta, xutt ta’ Aleksa Andrejic ta’ Tarxien R. minn ġol-kaxxa, ballun għand il-gowlkeeper ta’ Sirens David Cassar. Fid-29 minuta, free-kick ta’ Destin Mambouana minn barra l-kaxxa għar-Rainbows, ballun għoli mil-lasti ta’ Cassar.

Tieni taqsima; Sirens jirdupjaw, meta Brandon Muscat ta’ Tarxien R.deher li żamm fil-kaxxa lil Wellington de Oliveira ta’ Sirens, bir-referee bla ebda eżitazzjoni jordna l-penalty, biex mill-11-il metru ikun Memezes li jitfa’ fix-xibka, għal doppjetta għalih u għal Tarxien R. 0-2 Sirens. 

2 minuti wara u t-tim minn San Pawl il-Baħar jagħmilhom anke 3, kross mix-xellug ta’ Wellington, ballun salvat parzjalment minn Rudy Briffa, pero’ Emmanuel Okoye japprofitta u jirnexxilu jitfa’ fix-xibka, għal Tarxien R. 0-3 Sirens. 

71 minuta, Tarxien R. kellhom xutt minn barra l-kaxxa t’Andrejic, ballun salvat parzjalment minn David Cassar, b’Cassar jirnexxilu jevita l-korner għal Tarxien R. u jevita l-periklu għal Sirens. 10 minuti wara, Sirens jkollhom xutt ta’ Romeo Romao salvat minn Rudy Briffa, b’Adeshina mir-rebound, jkollu x-xutt tiegħu salvat f’korner minn Rudy Briffa.

Riżultat finali-Tarxien R. 0-3 Sirens

BOV Plejer tal-Partita: Lucas Memezes Romario (Sirens)

Referee: Slobodan Petrovic

Formazzjonijiet:

Tarxien R.-R.Briffa, M.Botta, T.Veronese, D.Mambouana, G.Camilleri, A.Azzopardi, A.Andrejic, B.Muscat, M.Stanojevic, M.Ciantar (C), P.Kanzurov

Sirens-D.Cassar, D.Sant, R.Grech (C), W.de Oliveira, E.Okoye, A.Borg, I.Abdullahi Adesina, Y.Yao Tagro, R.Pericles Romao, L.Memezes Romario, T.Espindola